Żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Gudja jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident bil-mutur.
Il-każ seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar, meta ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-mutur BMW li kien qed isuq.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Dwar il-każ hemm inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.