Żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara argument f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija fi Triq il-Hgejjeg meta l-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post, fejn sabu persuna mal-art fir-residenza tagħha.
Immedjatament intalbet l-assistenza ta’ tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 31 sena mill-Imġarr, kellhu argument ma’ ġuvni Latvjan minn San Pawl il-Baħar.
Raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa, allegatament weġġa’ lill-vittma, b’oġġett bil-ponta u wara ħarbu minn fuq il-post. Iktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea li ħatret Inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressuri.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.