Żagħżugħ Kolombjan ta’ 21 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara argument bejn grupp ta’ persuni, li kien jinvolvi ħaddiema fi tmiem ħidmiethom u oħrajn.
Dan l-argument seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs tal-Ħamis filgħodu, fi Triq Santu Wistin, f’Paceville.
Stqarrija mill-Korp tal-Pulizija qalet li mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta wkoll li żewġt irġiel oħra kienu aggrediti f’dan l-argument, li huma żewġ Kolombjani ta’ 23 sena u ta’ 36 sena, rispettativament.
Intqal li l-Pulizija għaddejja bi tfittxija għall-allegat aggressuri f’dan l-argument.
Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għal aktar kura.
Aktar tard, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji, filwaqt li ż-żewġ Kolombjani l-oħra ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġistrjali li hi mmexxija mill-Maġistrat Antoine Agius Bonnici, dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.