Beda jinstema’ l-ewwel każ mingħajr ġuri quddiem il-Qorti kriminali f’Hong Kong wara d-dħul ta’ liġijiet ħarxa dwar is-sigurtà nazzjonali.
Tong Ying-kit wieġeb mhux ħati dwar akkużi relatati ma’ terroriżmu kif ukoll li saq b’mod perikoluż.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena allegatament kien qed ixejjer kartellun fejn fuqu kien qed jitlob għall-ħelsien ta’ Hong Kong.
Hu qed jaffaċċja sentenza ta’ għomor il-ħabs.