Żagħżugħ ta’ 26 sena minn Raħal Ġdid wweġġa’ gravi wara li kmieni dalgħodu ntlaqat minn karozza fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.