Żagħżugħ ta’ 22 sena residenti l-Fgura qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa’ aggredit minn żewġ persuni mhux magħrufa. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 19.45 fi Triq Wied is-Sir, il-Mosta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lir-raġel u wara ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Mosta għaddejjin bl-investigazzjoni fuq il-każ.