Raġel ta’ 29 sena residenti Santa Venera, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Schembri, il-Ħamrun.
Il-ħabta seħħet fit-8:30 ta’ dalgħodu, bejn Citroen Dispatch,misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti Ħal Qormi, u mutur SYM Smphony, misjuq mill-vittma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.