Illum għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar seħħ inċident Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid.
Żagħżugħ ta’ 15-il-sena, residenti Raħal Ġdid intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot 205. Din kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Fgura minn raġel ta’ 30 sena li wkoll joqgħod Raħal Ġdid.
Iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.