Libjan ta’ 20 sena residenti tas-Sliema qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument bejn diversi persuni fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 u mal-wasla tagħhom il-Pulizija nnutaw li r-raġel kellu xi ġrieħi f’wiċċu. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.