Żagħżugħ ta’ 28 sena mill-Mosta ġie arrestat wara sejba ta’ kilo u nofs droga u armi mhux skond il-liġi.
Ir-raġel instab fil-pussess ta’ iktar minn kilo u nofs sustanza kannella, allegatament raża tal-kannabis, u kif ukoll instabu xi armi u munizzjon mhux illiċenzjati.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A. Bugeja LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li r-raġel inżamm taħt arrest sabiex jgħin fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest, għada.