Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Isla kien arrestat wara li allagatament ħebb għal Spettur tal-Pulizija waqt kontroll tat-traffiku għall-ħabta tas-1:30 ta’ filgħodu f’Ħaż-Żabbar.
Is-sewwieq twaqqaf sabiex issir tfittxija u beda allegatament bed ajrui sinjali t’aggressjoni fil-konfront tal-pulizija u s-suldati preżenti. Dan filwaqt li r-raġel irrifjuta li jieħu test tal-breathalyzer.
Fil-waqt li kien qed jiġi arrestat u mmanettjat ir-raġel ħebb għall-Ispettur. Kawża ta’ dan l-ispettur safa midrub.
Fl-istess kontrolli, instabet sustanza suspettata kannabis f’karozza misjuqa mara ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar u f’karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ ħamsa u għoxrin sena miż-Żejtun.
Dan filwaqt li żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Ħaż-Żabbar instab isuq mingħajr liċenzja u fil-karozza nstabu sustanzi suspettati kokaina u kannabis.
Raġel ieħor ta’ 44sena minn Raħal Ġdid pprova jsuq minn fuq il-post minkejja li ngħata sinjal biex jieqaf u rrifjuta jagħmel test tal-breathalyzer.
Magħhom twaqqfu numru ta’ sewwieqa bla liċenzja tas-sewqan u kienu taħt l-influwenza tal-alkoħol.