Żagħżugħ ta’ tnejn u għoxrin sena mill-Gambja ġie arrestat u se jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax u nofs fuq akkużi ta’ pussess u traffikar tad-droga.
Ilbieraħ, waqt li l-Pulizija tal-Komunità tal-Marsa kienu għaddejjin fuq ronda fi Triq il-Pitkali fil-Marsa, innutaw erba’ persuni jitkellmu fuq taraġ li x’ħin raw lill-Pulizija, wieħed minnhom qam u kien se jitlaq minn fuq il-post.
Il-Pulizija ssuspettat li kellu xi ħaġa illegali u għalhekk ġie mwaqqaf u saritlu tfittxija.
Irriżulta li ż-żagħżugħ kellu fil-pussess tiegħu sittax-il pakkett b’sustanza suspettata droga sintetika.
Huwa qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana u se jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco.