Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Bormla ġie arrestat wara li allegatament ħruq ta’ vettura.
Kienet ħidma mill-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri bl-għajnuna mill-Pulizija tad-Distrett li waslu għall-arrest ta’ dan iż-żagħżugħ, bil-każ imur lura għas-16 ta’ Diċembru fi Triq il-Vittorja fl-Isla.
Ir-raġel qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana, u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tan-nofsiegħa quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello.