Sirjan ta’ 26 sena residenti Bormla iddaħħal l-Isptar Mater Dei, wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Alessandro Curmy, ir-Rabat.
Kien għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar tal-bieraħ, meta ż-żagħżugħ waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem. Huwa qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.