Zack Mangion, tfajjel li bħalissa qed jingħata l-kura ġewwa Rainbow Ward, qed jitlob għat-tfal u n-nies kollha li bħalissa għandhom il-kanċer jew inkella jinsabu pożittivi għall-Covid-19.
F’filmat li ttella’ fuq is-sit soċjali ta’ Facebook minn Puttinu Cares, iċ-ċkejken jidher b’għajnejh magħluqin jitlob b’passjoni lil Alla biex jgħin lil dawk kollha jinsabu fi tbatija.
Zack talab ukoll għat-tfal li din il-ġimgħa ser jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola.