Zack huwa ħieles mill-kanċer u reġa’ ngħaqad mal-familja tiegħu wara xhur ta’ terapija.
Hekk kiteb missier Zack, Timothy Mangion fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, fejn kollha bi tbissima fuq fommhom ippublika ritratt tagħhom fil-karozza.
Huwa rringrazzja lil kull min kien ma’ ibnu tul dan il-vjaġġ iswed ta’ mard, fosthom l-infermiera u t-tobba.