Żabbari ta’ 38 sena ngħata l-libertà proviżorja b’depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €3,000 wara li allegatament hedded lit-tfajla li kien qed joħroġ magħha u kkaġuna ħsara fuq vettura.
Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ntqal li r-raġel ra lit-tfajla mal-għarus li kellha qabel fil-karozza flimkien. Iż-Żabbari rreaġixxa billi baqa’ dieħel fihom bil-karozza u wara ż-żewġt irġiel qabdu jiġġieldu.
L-akkużat ma ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih mill-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Trevor Micallef u hija oġġezzjonat li l-imputat jingħata l-ħelsien mill-arrest.