Inċident li seħħ fi Triq tal-Labour f’Ħaż-Żabbar għall-ħabta tas-siegħa nieqes kwart ta’ dalgħodu ħalla raġel ta’ 37 minn Ħaż-Żabbar stess midrub b’mod gravi. Huwa kien qed isuq Toyota Starlet meta tilef il-kontroll u ħabat f’karozza li kienet ipparkjata. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.