Żabbar St. Patrick kisbu l-promozzjoni għal Kampjonat Premier hekk kif l-Ħadd fil-Victor Tedesco Stadium huma kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Marsa.
Il-yellows fetħu l-iskor fit-22 minuta meta kien Ezequiel Eduardo Ruiz li tefa’ fix-xibka minn penalty. It-tim minn Ħaż-Żabbar kabbar il-marġini ta’ l-iskor fil-41 minuta permezz ta’ Leandro Agius.
Lejn it-tmiem Marsa spiċċaw b’plejer anqas meta l-captain tagħhom Dylan Agius kien mwissi għat-tieni darba mir-referi Andrea Sciriha u eventwalment kien muri l-karta l-ħamra.
Anke Melita FC għamlu ċert mill-promozzjoni għal Kampjonat Premier dan hekk kif fl-impenn tagħhom tas-Sibt huma għelbu lill-Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0. L-uniku goal tal-partita skorjaħ Matthew Portelli fil-69 minuta.
Il-partita kienet ikkontrollata minn Glen Tonna.
Meta fadal erba partita għat-tmiem l-istaġun, fil-klassifika tat-Top 6 insibu lill-Melita u Zabbar b’ 47 punt filwaqt lit fit-tielet post hemm Senglea Athletic b’ 34 punt.