Il-plejer żagħżugħ ta’ 19-il sena Yunus Musah, illejla se jkun mal-ewwel ħdax tal-Istati Uniti kontra l-Ingilterra.
Imwieled minn ġenituri mill-Ghana residenti fl-Ingilterra, huwa twieled f’New York waqt li kienu fuq btala.
Il-manager Ingliż Gareth Southgate kien issuġerixxa li fil-futur jinkludih fit-tim tiegħu u seta’ wkoll jkun eliġibli mal-Ghana. Għaldaqstant huwa għażel li jwettaq il-ħolma li jkun parti minn din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, mal-Istati Uniti. Huwa lagħab mat-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-15, 16, 17 u 18-il sena sakemm ingħaqad mal-Istati Uniti sentejn ilu.
F’kummenti li ta Musah, iħossu kemm Ingliż u kemm Amerikan. Iż-żmien li għamel fl-Ingilterra, qabel ma’ mar jilgħab ma’ Valencia fi Spanja, kien għalih żmien sabiħ ħafna. Il-fatt li twieled fl-Istati Uniti huwa fatt misterjuż, iżda dan ma ġarax b’kumbinazzjoni. Għal Musah huwa ta’ sodisfazzjon li qed jifforma parti minn proġett, li għandu jibdel il-mod kif in-nies iħarsu lejn l-Istati Uniti fil-futbol.
Fil-logħba valida minn Grupp B, li tibda fit-tmienja tal-lejla, Musah se jilgħab kontra Bukayo Saka, li kienu flimkien fl-Akademja ta’ Arsenal.
Ritratt: CBS Sports