Is-sit popolari Youtube issa reġa’ jinsab disponibbli wara ħsara teknika li damet madwar sagħtejn biex tissolva.
Utenti tas-sit ressqu diversi lmenti dwar is-sit, hekk kif diversi videos u mużika ma kinux aċċessibbli għal sagħtejn sħaħ.
Sa issa, Youtube għadhom ma kkonfermawx il-kawża tal-ħsara teknika.
Iktar minn 400 utent jitfa’ materjal fuq is-sit kull minuta, u huwa t-tieni l-iktar sit popolari għal tiftix ta’ infromazzjoni wara Google.