Wara vot meħud fil-parlament Ġappuniż, Yoshihide Suga ġie elett bħala l-Prim Ministru l-ġdid tal-pajjiż. Dan wara r-riżenja ta’ Shinzo Abe minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Iktar kmieni din il-ġimgħa Suga nħatar mexxej tal-partit li qed jiggverna bħalissa.
Suga, li għandu 71 sena, serva bħala Segretarju tal-Kabinett fl-amministrazzjoni preżenti.
Huwa kkunsidrat bħala persuna qrib tal-eks Prim Ministru Shinzo Abe u mistenni jkompli fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu.