Yorgen Fenech se jittressaq il-Qorti fil-5:30pm.
Huwa se jiġi mixli b’xiri ta’ armi u munizzjon mingħajr il-liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia se jiġi akkużat quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella.
Għall-ħabta tas-1pm, Fenech deher dieħel id-Depot għall-interrogazzjoni wara li nġab mill-ħabs taħt sigurtà stretta.
Il-ġimgħa l-oħra id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia xehed li Yorgen Fenech xtara machine guns, 800 balla u bombi tal-idejn.
Dawn allegatament xtrahom kollha sena wara l-mewt ta’ Caruana Galizia.
Intqal li Fenech ħallas għal dawn l-armi bil-Bitcoin.
https://www.one.com.mt/2021/08/26/bil-filmat-yorgen-fenech-jiddahhal-id-depot-ghall-interrogazzjoni/