In-negozjant Yorgen Fenech ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Dan wara li llum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Id-difiża mmexxja mill-Avukat Marion Camilleri mill-uffiċċju ta’ Franco Debono u Gianluca Caruana Curran mill-uffiċċju ta’ Giannella DeMarco, talbu għall-ħelsien mill-arrest ta’ Fenech.
Madankollu l-Maġistrat Rachel Montebello ma’ laqgħetx din it-talba tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-kumpilazzjoni issa ser tkun qed tkompli tinstema’ fit-30 ta’ Jannar fl-10:00am. B’hekk in-negozjant Yorgen Fenech ser ikollu jqatta’ l-Milied u l-ewwel tas-sena ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Intant fl-aħħar tas-seduta il-Maġistrat Montebello ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex in-negozjant Yorgen Fenech jitpoġġa taħt taħt att ta’ akkuża.