Is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech kellu l-ħsieb li jitlaq minn Malta.
Dan intqal fil-Qorti, hekk kif xehed is-Supretendent Keith Arnaud fil-kawża kostituzzjoni li fetaħ Yorgen Fenech b’rabta mal-ħelsien mill-arrest tiegħu.
Is-Supretendent Arnaud xehed kif f’messaġġi li nstabu fil-mobile ta’ Fenech kien hemm konverzazzjonijiet mal-qraba tiegħu fl-2018, li jgħidu li huwa kien sejjer lejn Franza jew l-Istati Uniti.
F’konverzazzjoni minnhom, Yorgen Fenech kien qed ifittex li jaqbad titjira lejn Nizza fi Franza, permezz ta’ ajruplan privat.
Intqal kif dan il-pjan tħassar u Fenech iddeċieda li jitlaq il-ġurnata ta’ wara bil-baħar.
Intqal kif il-lejl qabel ma ġie arrestat, Yorgen Fenech kien bagħat lil Keith Schembri, fejn tal-aħħar kien assigurah li mhu se jiġri xejn u qallu sabiex jibqa’ kalm.
Is-Supretendent Arnaud qal kif f’Jannar 2019, Yorgen Fenech kellu konverzazzjoni ma’ ommu fejn qalha li xtaq imur lejn l-Istati Uniti għall-futur aħjar.
Fil-Qorti ntqal kif il-ġurnata ta’ qabel l-arrest tiegħu, Yorgen Fenech kien qal lis-segretarju tiegħu li se jitlaq bid-dgħajsa lejn Franza.
F’konverzazzjoni oħra li nqrat fil-Qorti, kienet mingħand Ray Fenech, fejn huwa informa lil Yorgen Fenech li ċertu Ivan tat-Times kien infurmat li l-ġurnalisti kienu fi triqthom lejn Portomaso għaliex kienu jafu li se jitlaq mill-pajjiż.