Il-Ħamis waranofsinhar, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, ġie rilaxxat mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan wara li, fil-ġimgħat li għaddew, l-Imħallef Edwina Grima tat il-libertà proviżorja lil Fenech fuq diversi kundizzjonijiet, b’depożitu ta’ €80,000 u garanzija personali ta’ €120,000, waqt li zitu, Moira Fenech, għamlet tajjeb bħala garanzija bl-ishma tagħha f’Tumas Group, li jirriżulta għandhom valur ta’ aktar minn €50 miljun.
Il-Qorti ordnat ukoll biex Fenech ma jersaqx inqas minn 50 metru viċin il-kosta jew l-Ajruport, waqt li jrid jiffirmaw kuljum fl-Għassa ta’ San Ġiljan u jibqa’ ġewwa bejn il-ħamsa ta’ waranofsinhar u l-ħdax ta’ filgħodu.
Fenech kien ilu arrestat fil-Faċilità Korrettiva għal dawn l-aħħar ħames snin, waqt li qed jistenna biex jibda għaddej ġuri fuq ir-reat li sar fl-2017.