Is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech tpoġġa taħt att ta’ akkuża fuq każ dwar ħasil ta’ flus.
Dan wara li t-Tlieta, il-Qorti sabet biżżejjed evidenza prima facie fil-konfront tal-akkużat.
F’dan il-każ, Yorgen Fenech jinsab mixli b’ħasil ta’ flus u anke miżappropjazzjoni ta’ fondi minn kumpanija li jmexxi ma’ zijuh, Ray Fenech.
F’seduta t-Tnejn, l-Avukati ta’ Fenech qalu li l-Pulizija m’għandiex biżżejjed provi biex tmexxi b’dan il-każ.