Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ittella’ l-Qorti biex jaffaċċja akkużi kriminali separati.
Din id-darba fuq xiri ta’ armi u munizzjon.
Fenech wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u MA talabx għall-ħelsien mill-arrest.
L-Avukat ta’ Fenech, Dr Charles Mercieca ma kkontestax l-arrest iżda stqarr li Fenech ma kellux għalfejn jittella’ b’urġenza jew b’arrest meta Fenech jinsab il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
L-Ispetturi Omar Zammit u Jeffrey Cutajar, li f’idejhom għandhom il-Prosekuzzjoni ta’ dan il-każ, spjegaw li din l-investigazzjoni bdiet ftit tax-xhur ilu, wara investigazzjoni fuq emails li wrew li Fenech allegatament xtara arma mid-dark web.
Allegatament Yorgen Fenech xtara kimika tossika, numru ta’ machine guns u silencers, 800 balla u bombi tal-idejn.
https://www.one.com.mt/2021/08/26/yorgen-fenech-se-jitressaq-il-qorti-fil-530pm-mixli-bxiri-illegali-ta-armi/