Matthew Caruana Galizia saħaq li s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, kien iħallas għad-difiża tal-aħwa Degiorgio, mixlija bil-qtil ta’ Caruana Galizia.
Iben Daphne Caruana Galizia qal dan wara li ġie ppubblikat rapport li l-aħwa Degorgio bagħtu ittra lill-Kummissarju Ewropew, Didier Reynders.
Fl-ittra, George u Alfred Degiorgio tkellmu fuq it-talba tagħhom għall-maħfra Presidenzjali u permezz tal-Avukat tagħhom, allegaw li l-Gvern għandu kunflitt ta’ interess.
L-aħwa Degiorgio kienu ġew arrestati f’operazzjoni fit-tinda tal-patata, fil-Marsa f’Diċembru ta’ erba’ snin ilu.
Huma bdew jaffaċċjaw l-akkużi ta’ involviment fil-qtil u għalhekk ġew bżonn l-assistenza legali biex tidher għalihom fl-istadju ta’ kumpilazzjoni.
Intant il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qal li lest jagħti l-maħfra lil Yorgen Fenech, l-allegat moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia.
Bernard Grech kien iddikjara dan meta ma kienx hemm talba pendenti minn Fenech għal proklama.