Yorgen Fenech, akkużat li hu l-mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid biex tiġi rrevokata l-maħra presidenzjali mogħtija lil Melvin Theuma.
Dan ħareġ minn protest ġudizzjarju li ressqu llum l-avukati ta’ Fenech fil-konfront tal-Kabinett tal-Ministri, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.
Nhar it-Tlieta stess, il-Kabinett ta parir lill-President tar-Repubblika biex ma jilqax talba preċedenti ta’ Fenech biex tkun irtirata din il-maħfra, li nħarġet f’Novembru tal-elfejn u dsatax.