L-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Yorgen Fenech, fetaħ kawża fil-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem, minħabba li baqa’ miżmum f’detenzjoni.
Dan hekk kif it-tim legali ta’ Fenech li wara 15-il applikazzjoni għall-ħelsien mill-arrest, ir-raġunijiet wara li dawn ma jintlaqawx, qed isiru generiċi u repettivi fost oħrajn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fenech beda jinżamm arrestat minn Diċembru tal-2019. Dakinhar il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba biża’ ta’ intralċ tal-provi u ksur tal-ordni pubblika.