Is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, in-negozjant Yorgen Fenech fetaħ proċeduri legali kontra s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci u l-Avukat tal-Istat.
F’każ kostituzzjonali li fetaħ, Yorgen Fenech qed jilmenta li nkissrulu d-drittijiet tiegħu għax ingħalqet il-Qorti minħabba l-pandemija fuq deċiżjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Għaldaqstant il-kumpilazzjoni tiegħu mhux tkompli tinstema fil-qorti.
Fenech preżenta diversi talbiet għall-ħelsien mill-arrest għax qed jgħid li hu vulnerabbli u jeżisti riskju li jibqa’ fil-ħabs waqt il-pandemija iżda t-talbiet tiegħu kollha ġew miċħuda.