Yorgen Fenech tant kien ikkonsma droga kokaina li kompla joħroġ pożittiv sa xahar wara li tressaq il-Qorti b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Id-Difiża spjegat quddiem l-Imħallef Edwina Grima li Fenech kien taħt l-influwenza tad-droga waqt l-interrogazzjoni mill-pulizija u sostniet li d-dikjarazzjoni tal-akkużat ma kinitx denja.
L-Imħallef staqsiet jekk il-pulizija talbitx li Fenech jiġi eżaminat mit-tobba qabel l-istqarrijiet.
F’Novembru tal-2019, l-akkużat ittieħed l-isptar wara li sofra uġigħ qawwi f’sidru minħabba l-effetti tad-droga u kellu jingħata kura.
Mid-dħul tiegħu fil-ħabs, ħadulu kampjuni tal-awrina kuljum u għal xahar sħiħ xorta waħda baqa’ jirriżulta’ pożittiv għal kokaina.