Il-Kap tal-għaqda Merċenarja Wagner, Yevgeny Prighozin, ġie kkonfermat mejjet.
Dan wara testijiet ġenetiċi li saru fuq il-katavri li nstabu wara t-tiġrif tal-ajruplan li kienu abbord tiegħu, nhar l-Erbgħa, qalu uffiċjali Russi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kumitat investigattiv, identifika l-10 vittmi, li lkoll qablu mal-lista ta’ passiġġiera.
L-ajruplan privat ta’ Prighozin iġġarraf fil-Majjistral ta’ Moska, nhar il-25 ta’ Awwissu, b’dawk kollha abbord jitilfu ħajjithom.
Il-Kremlin ċaħad kull involviment f’dan il-każ, filwaqt li għaddejja investigazzjoni kriminali.