Yeshua Minaż’rat li bil-Malti tfisser Ġesù ta’ Nazaret hija walkthrough li se tistiednek tinżel f’dan ix-xelter li jinsab fit-Triq tal-Knisja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi. Walkthrough; fejn l-istorja qed titlaq minn post għall-ieħor u filwaqt li li qed timxi f’dan il-post mal-atturi stess, l-istorja tal-passjoni tkompli tiżviluppa.
F’shows ta’ dat-tip ix-xogħol jorbot fuq il-loġistika tal-post kif ser jinqasam skont l-istorja, però x-xogħol kollu jibbaża fuq l-atturi nfushom. L-atturi li ħafna minnhom bħal; Adrian Azzoaprdi, Clint Chircop, John Suda, Jeanelle Spiteri, Philip Mizzi, Lydia Portelli u tant oħrajn huma sinonimi magħkom ikollhom, mhux biss ikollhom skeda ta’ provi dwar l-iscript u dwar l-istorja, iżda flimkien ħadmu fuq sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu minn mument għall-ieħor; għax l-udjenza tilgħab parti mportanti fl-istorja tagħna!
Il-wirjiet jibdew l-Erbgħa 28 ta’ Marzu mit-8:00 p.m. sal-10:00p.m., il-Ħamis 29 (Ħamis ix-Xirka) mit-8:00 p.m. sal-11:30 p.m. u l-Ġimgħa (nhar il-Ġimgħa l-Kbira) mid-9:00 a.m. sa 12:00p.m. Is-shows jieħdu massimu ta’ 22 ruħ jiġifieiri l-udjenza hija intima mal-attur, u allura verament se ssegwi l-istorja mill-qrib. Tixtieq tkun taf aktar? Żur il-paġna fuq Facebook: 4Teenth.