Yachting Malta ħalliet impatt kbir fid-‘Dubai International Boat Show’ bi preżenza ikbar u iżjed prominenti, sabiex il -preżenza ta’ Yachting Malta dejjem tikber fil-komunità globali tal-jottijiet u l-industrija marittima.
Din is-sena, l-istand ta’ Yachting Malta spikkat billi kienet ikbar mis-soltu u offriet esperjenza immersiva fid-dinja tal-jottijiet u s-servizzi marittimi. Ma’ Yachting Malta ingħaqdu l -Malta Enterprise u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. L-istand ta’ Yachting Malta laqa’ wkoll diversi membri li jirrappreżentaw uħud mill-partijiet interessati ewlenin tal-industrija ta’ Malta li kienu jinkludu Refit Yards, Corporate Service Providers, Boat Builders, Surveyors, Charterers, Aġenti tad-Dgħajjes, Chandlers, Aġenti ta’ Yachts u Istituzzjonijiet ta’ Taħriġ tal-Baħħara.
Din il-preżenza msaħħa enfasizzat l-impenn ta’ Yachting Malta biex trawwem konnessjonijiet u tiffaċilita kollaborazzjonijiet fi ħdan l-ispettru internazzjonali.
“Yachting Malta tkompli tisfavorixxi l-eċċellenza fis-servizzi tal-jottijiet u marittimi, il-parteċipazzjoni tagħna fid-Dubai International Boat Show tfisser pass importanti ieħor fl-isforzi tagħna biex il-preżenza tagħna tinħass dejjem aktar fost il-partijiet interessati fl-industrija globali tal-jottijiet.” irrimarka Michael Mifsud, CEO Yachting Malta.
L-itinerarju tad-delegazzjoni Maltija kien jinkludi żjara fil-Kamra tal-Kummerċ ta’ Dubai u laqgħa mal-ET Mohammad Ali Rashed Lootah, President u CEO, biex ikomplu jissaħħu r-rabtiet kummerċjali bejn Malta u l-UAE.
Żjara f’Abu Dhabi ippermettiet lid-delegazzjoni tiltaqa’ mal-membri tad-Dipartiment tal-Kultura u t-Turiżmu ta’ Abu Dhabi u d-Direttur Ġenerali H.E. Saleh Mohamed Al Geziry Minbarra dan, id-delegazzjoni kienet ospitata wkoll għal laqgħa mal-Eċċellenza Tagħha s-Sinjura Maria Camilleri Calleja, Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għall-Emirati Għarab Magħquda u t-tim tagħha fl-Ambaxxata Maltija.
Fost il-viżitaturi tal-istand kien hemm E.T. Saeed Mohammed Hareb, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Isport ta’ Dubai u Konsulent Anzjan għall-Wirja Internazzjonali ta’ Dubai.