Illum għamilt oġġett tajjeb…għent anzjana li kienet barra titlob l-għajnuna. Kellha cooker qed jaqbdilha u kellha dar bajda bid-duħħan. Miskina kif ratni nipparjka t-trakk ta’ Malta Transport, Route 80 Birżebbuġa, ġiet tiġri fuqi tibki. Qaltli “ejja għini please qed jaqbadli l-cooker!”
Dan huwa rakkont li kitbet fuq Facebook ix-xufiera tal-linja Maria Spiteri. B’xorti tajba, l-istorja kellha tmiem tajjeb.
Dak il-ħin għedtilha “sinjura, jiena ma tantx nifhem imma ejja ħa nipprova.” Irnexxili ngħina…damet tgħidli thank you jaħasra…j’Alla kollox għaddiela, ix-xokk li kellha!
Ir-rispons kien qawwi, fosthom spikka dan il-kumment ta’ xufiera mara oħra: “Prosit…ta’ kollox irridu namluha aħna d-drivers”