Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħaxija seħħ inċident stradali fit-Triq tal-Balal fil-limiti ta’ San Ġwann.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 55 sena li joqgħod is-Swieqi u vettura tat-tip Peugeot 308 misjuqa minn mara ta’ 34 sena minn Ħaż-Żabbar.
Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara ta’ 53 sena bħala passiġġiera minn tas-Sliema.
Ix-xufier u l-passiġġiera tal-mutur ittieħdu l-isptar fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.