Judith Bakoush li għandha disgħa u għoxrin sena u Omar Joseph Trabelsi li għandu wieħed u tletin sena issa ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ilhom telgħin u neżlin il-Qorti akkużati bil-ħruq ta’ żewġ karozzi.
Fil-Qorti xehed xufier tat-taxi li allegatament tqabbad biex iwassal persuni biex jaħarqu l-karozzi.
Ix-xufier xehed li huwa wassal klijent f’pompa tal-petrol u għenu jixtri b’għaxar ewro petrol li hu mifhum li ntuża fil-ħruq tal-karozzi.
Is-sid ta’ karozza tat-tip Mercedes li allegatament inħarqet bi tpattija f’Novembru fil-Belt Valletta stqarr fil-Qorti li m’għandux suspetti min setgħet kienet il-persuna li wettqet dan l-att.
Is-sid tat-tieni karozza tat-tip Citroen stqarr li għadu ma rċiviex ċenteżmu mill-kumpanija tal-assigurazzjoni u apparti l-karozza, il-garaxx li quddiemu kienet ipparkjata l-karozza, ġarrab xi ħsarat.