Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet il-lejl li għadda f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:45 tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq il-Ġiżimina Ħaż-Żabbar. Raġel li kien qed iqassam l-ikel permezz tal-mutur tax-xogħol safa vittma ta’ żewġt irġiel li ġew għall-ikel, ħarġu arma li taqta’ u bil-ponta u talbuh il-flus li kellu fuqu wara li r-raġel tahom il-kont tal-ikel.
Il-ħallelin ħarbu minnufih minn fuq il-post bil-flus.
Kien il-vittma stess li għamel rapport dwar il-każ fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.