Xufier ma’ kumpanija tat-taxis ammetta li qatel erba’ persuni u li kien qed iġorr arma tan-nar mingħajr il-liċenzja meħtieġa. Jason Dalton ta’ 48 sena kien ilu għal dawn l-aħħar sentejn jaffċċja akkużi li qatel erba’ persuni u pprova joqtol diversi persuni oħra waqt li fetaħ in-nar fuq folla nies f’Michigan, l-Istati Uniti, fl-2016.
Waqt li ammetta l-akkużi miġjuba kotrih, huwa qal li l-app li kien jaħdem għaliha spiċċat ikkontrollatlu ħajtu kompletament. Issa huw qed jaffaċċja sentenza ta’ għomor il-ħabs.