Raġel mill-Bangladesh ta’ 21 sena li joqgħod il-Mosta indarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop.
L-inċident seħħ fil-ħamsa tal-Ġimgħa waranofsinhar fi Triq l-Ewwel Titjira 1915.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Lexus IS220D, misjuqa minn Sirjan ta’ 25 sena li joqgħod Raħal Ġdid, u mutur Kymco Agility, misjuq mill-vittma.
Aktar tard, ix-xufier tal-mutur ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.