Raġel ta’ 58 sena minn Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq il-Kbira, ir-Rabat.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Yamaha Crypton, tilef il-kontroll u waqa’ .
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.