Raġel ta’ 42 sena residenti r-Rabat, Għawdex, weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu fi Triq Dun Luqa, is-Sannat, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 530D misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti s-Sannat u mutur Yamaha T110 misjuq mir-raġel.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.