Raġel ta’ 47 sena minn Ħ’Attard weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu fi Triq Notabile.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Audi misjuq minn raġel ta’ 18-il sena residenti s-Siġġiewi, u mutur Honda misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.