Xufier ta’ mutur ta’ 32 sena li jgħix Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi wara ħabta f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart tal-bieraħ filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur, misjuq mill-vittma, u karozza, misjuqa minn raġel ta’ 42 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom.