Xufier ta’ mutur weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku fil-Pietà.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yadea misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Furjana u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.