Raġel ta’ tmienja u erbgħin sena mir-Rabat, Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Għajnsielem.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu fir Triq l-Imġarr, meta seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq mill-vittma u vann misjuq minn anzjan ta’ tmenin sena minn Għajnsielem.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.