Xufier ta’ karozza tal-linja ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kmieni dalgħodu tilef il-kontroll tax-xarabank u baqa’ dieħel ġo karozza oħra pparkjata.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li dan l-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ dalgħodu fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, il-Mellieħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku li tat l-ewwel għajnuna lix-xufier fuq il-post.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.