Alex Bonnici xufier ta’ taxi, ta’ 28 sena minn Ħal Qormi illum ġie akkużat quddiem il-qorti li kkawża ħsarat fuq karozzi pparkjati f’Misraħ Bandolier fiż-Żejtun kif ukoll li nsulta u ma obdix lill-uffiċjali tal-pulizija.
L-inċident seħħ nhar it-Tnejn 3 ta’ Diċembru 2018 fis-1.30 ta’ filgħodu.
Hu ġie mixli quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri fejn tressaq mill-Ispettur Roderick Attard. Bonnici ġie akkużat ukoll li kien xurban u li ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu f’post pubbliku, kif ukoll li kiser il-paċi pubblika.
L-akkużat wieġeb li mhux ħati. L-avukat Franco Debono talab il-ħelsien mill-arrest tax-xufier fejn qal li dawn mżhumhiex akkużi serji għalkemm saret ħsara volontarja.
Il-qorti laqgħet it-talba u Bonnici ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000 kif ukoll irid jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa.
T